L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, l-MDA, laqgħet il-pubblikazzjoni tal-Inkjesta Sofia u qalet kif dan jista’ jkun pass ’il quddiem biex ikun hemm modernizzazzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni.
L-MDA spjegat kif l-inkjesta nnotat l-obbligu li kull kuntrattur għandu jkollu polza tal-assigurazzjoni, u li wkoll, wara r-riforma mill-Gvern, ikunu liċenzjati.
L-istqarrija żiedet tgħid kif l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta se telimina mis-settur dawk li ma jridux jimxu u jaħdmu b’responsabbiltà. Xi ħaġa li nnotaha wkoll il-Prim Ministru Robert Abela.
L-assoċjazzjoni qalet li tħares ’il quddiem biex il-kumitat ministerjali, li ħatar il-Prim Ministru, jimplimenta dawn ir-rakkomanadazzjonijiet u