Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, l-MDA, qalet li tinsab diżappuntata bid-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea kontra dan il-programm ta’ Ċittadinanza li ddeskrivietu bħala ta’ benefiċċju kbir għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.
L-MDA inkoraġġit lill-Gvern sabiex jemenda li hemm bżonn minn dan il-programm u mhux iwaqqfu kompletament.
L-assoċjazzjoni appellat lill-partiti politiċi sabiex ma jirkbux fuq il-partiġjaniżmu, hekk kif il-każ huwa ta’ importanza nazzjonali.