L-assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ressaq il-Gvern it-Tnejn filgħaxija.
L-assoċjazzjoni qalet li tinsab sodisfatta li ġew aċċettati l-proposti li ressqet b’mod partikolari it-traħħis fit-taxxa tal-boll.
Id-direttur tal-Assoċjazzjoni Marthese Portelli qalet li din il-proposta se trawwem il-fiduċja li hemm bżonn fis-suq ħalli min qed jixtri l-proprjetà ikun jista’ jixtriha u jħossu kunfidenti bil-pass li jkun qiegħed jagħmel.