Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti, tkellem dwar kif l-ekonomija Maltija tinsab f’qagħda tajba u se tkun qed iżżomm dan ir-ritmu. Hu qal dan f’laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, li matulha tkellem ukoll dwar xi trid tara l-MDA mill-baġit għas-sena d-dieħla.
Chetcuti qal li jemmen li dan ir-ritmu se jinżamm u semma r-rispost li kellu f’Dubai meta attenda f’isem il-fondazzjoni PropertyMalta.
Wissa li argumenti bejn iż-żewġ partiti politiċi Maltin għandhom jibqgħu Malta u li huwa essenzjali li r-reputazzjoni ta’ Malta barra pajjiżna tibqa’ mhux mittiefsa.
Fakkar xi ġralha Sqallija kawża ta’ reputazzjoni ħażina li ħadet snin ilu, u żied li hemm pajjiżi bħal Kroazja, Spanja, il-Greċja u l-Italja f’kompetizzjoni diretta għan-negozju ta’ Malta. Fost il-proposti tal-MDA hemm il-ħtieġa ta’ ippjanar fit-tul u proprjetà li l-Maltin jifilħu jħalsu.
Jemmen li għandu jkun hemm ukoll inċentivi għal sidien li jikkommettu proprjetà għal kiri għal iktar prezzijiet affordabbli ta’ madar €400 u €500 fix-xahar.