L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin l-MDA qalet li hija sodisfatta ħafna li l-proposti tagħha għall-Budget ġew adottati mill-Gvern hekk kif ġie kkonfermat fid-diskorst tal-Budget għas-sena d-dieħla.
L-MDA qalet li hija sodisfatta li l-Gvern reġa’ estenda l-iskemi ta’ inċentivi fiskali mħabbar fil-baġits li għaddew. Dawn jinkludu l-iskema tal-first u s-second time buyers, l-inċentivi għal dawk li dawk li jixtru proprjetà f’Għawdex u fil-qalba tal-ibliet u l-irħula, u l-inċentivi għall-ġenituri li jagħtu n-negozju tagħhom lil uliedhom.
L-MDA laqgħet ukoll miżuri oħra fil-budget għas-sena d-dieħla fosthom inċentivi fiskali għall-kuntratturi kollha li jinvestu f’makkinarju ġdid u l-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll ser tiżdied minn €150,000 sa €175,000. Qalet li din se tkompli tgħin lil dawk kollu li jiddeċiedu li jinvestu fl-ewwel dar tagħhom.
L-MDA żiedet tgħid li hija sodisfatta ħafna wkoll bit-tnaqqis tat-taxxa minn 35% għal 15% fuq kuntratti li permezz tagħhom tinxtara l-arja.
Qalet li hija konvinta li l-implimentazzjoni mill-Gvern ta’ dawn il-miżuri, se jibbenfikaw minnhom il-membri kollha tagħha.
L-MDA laqgħet ukoll it-tnaqqis fl-income tax fuq l-overtime li ddeskrivitha bħala inċentiv tajjeb ħafna għas-settur tal-proprjetà.