L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, l-MDA qalet li bħalissa għaddejja b’diskussjonijiet mal-Gvern, fuq il-kwistjoni tar-rimi tal-iskart ta’ kostruzzjoni.
Din l-Assoċjazzjoni ħabbret li minkejja l-isforzi li saru matul is-snin biex tisolva din il-problema, għad hemm il-bżonn li tinstab soluzzjoni, li sservi għal tul ta’ snin.
Id-Direttur Ġenerali tal-MDA, Dr Deborah Schembri saħqet li hemm bżonn ta’ soluzzjoni immedjata.
Fil-jiem li ġejjin mistennija jkomplu d-diskussjonijiet mal-Gvern, fejn il-Gvern wiegħed li se tiġi diskussa t-triq ’il quddiem għal din il-problema.
L-MDA temmet tgħid li qed tħares ’il quddiem biex tinstab soluzzjoni għal ġid ta’ din l-industrija li tant hija importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna.