Waqt laqgħa tal-MCESD ilbieraħ, l-imsieħba soċjali iddiskutew, b’mod attiv, id-Dħul Nazzjonali tal-għajxien f’Malta.

Din kienet inizjattiva tal-General Workers’ Union, li ppreżentaw ir-riċerka tagħhom dwar id-dħul tal-għajxien nazzjonali f’Malta.
L-istudju kopra b’mod komprensiv aspetti kruċjali tal-ħajja tal-familja, inklużi s-saħħa, in-nutrizzjoni, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, it-trasport u d-divertiment.
Punt li ġie spjegat, waqt il-preżentazzjoni, huwa li d-divertiment iktar milli jitqies bħala ħin liberu, għandu jitqies bħala ħin prezzjuż għall-individwi.
Barra minn hekk, l-Imsieħba Soċjali indirizzaw il-kwistjoni tan-negozji li jisfruttaw ħaddiema barranin, li għandha implikazzjonijiet għas-suq tax-xogħol.
L-imsieħba soċjali qalu wkoll li huma favur iż-żieda fl-opportunitajiet ta’ impjieg għall-persuni b’diżabilità biex ikunu finanzjarjament aktar indipendenti.
