Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, l-imsieħba soċjali iddiskutew żewġ suġġetti kurrenti; l-isfida tat-traffiku f’pajjiżna u kif it-trasport pubbliku jista’ jsir iktar effiċjenti u alternattiva reali, kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga.
Fl-ewwel parti tal-laqgħa fejn ġie diskuss il-pjan tal-gvern biex tiġi indirizzata l-isfida tat-traffiku, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li biex in-nies jagħmlu l-pass biex jibdew jużaw it-trasport pubbliku li issa hu bla ħlas, jeħtieġu servizz effiċjenti, frekwenti u fil-ħin, possibbilment b’rotot ġodda.
Għat tieni parti tal-laqgħa li fiha ġiet diskussa il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon sostna li kommessi li jkomplu jkunu ta’ spalla għal min għaddej minn ċertu problemi marbuta mal-vizzji.
Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul saħaq fuq il-bżonn li l-imsieħba soċjali flimkien mal-gvern ikomplu jiddiskutu dawn it-temi li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum.