Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD iddiskuta l-fondi Ewropej, b’mod partikolari l-pakkett ta’ fondi sal-elfejn u sebgħa u għoxrin.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett li sostna dwar l-importanza tal-proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li huwa d-dmir tal-Gvern li jara li dawn il-flus jintefqu bl-aħjar mod u anki b’mod sostenibbli.
Waqt l-istess laqgħa kien hemm diskussjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali, li qiegħda u se tkompli taffettwa lid-dinja tax-xogħol.
Iċ-Chairperson tal-MCESD David Xuereb tenna li b’dawn id-diskussjonijiet, dan il-kunsill se jibqa’ strumentali biex jiġu diskussi dawn is-suġġetti li jħarsu ’l quddiem għall-benefiċċju tal-pajjiż u ċ-ċittadini Maltin.