Illum, qed jiltaqa l-Kunsill Malti għall-Ekonomija u Żvilupp Socjali f’laqgħa ta’ konsultazzjoni għal Baġit 2017, fil-prezenza tal-Ministri Helena Dalli u Edward Scicluna.
Il-Ministru Dalli ħabbret kif il-gimgħa l-oħra ghaddiet mill-Kabinett, liġi emendata li se tkun qed twessa aktar djalogu soċjali fost l-għaqdiet mhux governattivi.
Dan ghaliex Il-Gvern irid jerġa’ jqajjem dan il-kumitat biex ikun aktar demokratiku billi jiġu nvoluti aktar nies fuq il-mejda ta’ konsultazzjoni.
“Se jkun hemm livell ieħor ta’ diskussjoni, fejn għaqdiet mhux governattvi jistgħu jidħlu f’livelli aktar bikri” saħqet il-Ministru Helena Dalli.
Bidla oħra biex taqdi l-funzjonijiet ta’ dan il-Kunsill se tkun li jiġu appuntati esperti speċifiċi skont is-suġġett diskuss.
Il-kummenti ta’ introduzzjoni tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saru fi sfond politiku u ekonomiku li ha ngħixu fih fil-baġit 2017.
F kuntest Ewropew huwa qal li ma nistgħux ninjoraw l-elezzjonijiet fi Franza u l-Ġermanja. Żied jgħid li Brexit, suġġett kumpless ħafna huwa organu integrat fil-gisem Ewropew u se ssir ħafna ħsara li wieħed għad irid jara.
“Fil-Eurozone ħadd mhu se jammetti l-iżbalji għal kif ġiet indirizzata l-kriżi ekonomika. Tant li l-Ewropa qas laħqet il-miri tagħha mill-aspett fil-Prodott Domestiku Gross.”
Il-Ministru temm jgħid biex qabel din il-konsultazzjoni jirrikonixxu li r-regim ta’taxxa f pajjiżna jaffetwa l-ekonomija kollha. B’hekk iridu nkunu responsabbli.