Wara testijiet li saru, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA qed tinforma lill-pubbliku dwar seba’ ġugarelli rtirati minn fuq is-suq lokali, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
1. Pupa tal-plastik “Happy the Elves” (Bin-numru tal-mudell: HXZ1)
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
2. Crystal Mud Slime Toy b’figurina ġo fih forma ta’ dinożawru (mingħajr numru tal-mudell jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)
3. Pupa tal-Plastik “Sweet Beauty” Strawberry Shortcake (Bin-numru tal-mudell: 9270)
4. Pistola tal-Ġugarelli “Mitraglia” (Numru tal-Lott: GTF048 25112021)
5. Soft toy ta’ Spiderman (mingħajr ditta u bl-ebda numru tal-mudell jew kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni)
6. Soft toy ta’ Stitch (mingħajr ditta u bl-ebda numru tal-mudell jew kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni)
7. Soft toy ta’ Pikachu (mingħajr ditta u bl-ebda numru tal-mudell jew kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni)
Dawk il-konsumaturi li għandhom xi wieħed mill-prodotti msemmija hawn fuq għandhom jieqfu jużawhom immedjatament jew jiddisponu minnhom b’mod xieraq.
L-MCCAA tfakkar lill-konsumaturi li diġà xtraw jew li waslu biex jixtru ġugarell bħala rigal tal-Milied, biex jiċċekkjaw regolarment il-pjattaforma online Safety Gate (https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/) biex jiżguraw li l-prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż. Il-konsumaturi jistgħu jagħmlu kuntatt mad-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt jekk jeħtieġu aktar informazzjoni jew jekk jiltaqgħu ma’ xi wieħed mill-prodotti msemmija hawn fuq.