L-Erbgħa filgħodu, l-Mcast nieda l-‘corporate social responsibility.’ Inizjattivà li permezz tagħha, il-kulleġġ se jimplimenta l-aspett tal-volontarjat f’kull kors li hemm fl-Mcast.
Apparti li l-istudenti jkunu iktar infurmati u jagħtu l-parti tagħhom fis-soċjetà ta’ madwarhom, dan ix-xogħol volontarjat se jkun anke akkreditat.
Dwar dan il-punt, il-Ministru Evarist Bartolo qal li jixtieq li dan il-ħsieb jinfirex f’kull istituzzjoni edukattiva.
Intant is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-inizjattiva ta’ llum hija riflessjoni tal-valuri mħaddna mill-istess istituzzjoni.
Il-‘corporate social responsibility’ tal-Mcast se jolqot diversi aspetti u sar ftehim ma’ diversi entitajiet, fosthom Aġenzija Żgħażagħ u BirdLife.