L-MCAST ikkonfermat li l-Istitut għall-arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija se jkun qed iwaqqa’ l-każ fil-Qorti kontra l-MUT, l-unjin tal-għalliema. L-MCAST reġgħet qalet li hija lesta tiltaqa mal-MUT anki llum stess bil-għan li jkomplu d-diskussjonijiet sabiex ikun jista’ jintlaħaq qbil.
Fl-istqarrija ntqal li dan qed isir b’sens ta’ rieda tajba u fl-interess lejn l-istudenti u l-istaff biex b’mod matur tiġi riżolta l-kwistjoni u jintlaħaq ftehim.