Fl-aħħar tliet snin, il-Kulleġġ Malti Għall-Arti, ix-Xjenza, u t-Tekonoloġija assorba qrib id-disgħa u disgħin fil-mija tal-fondi Ewropej allokati għalih.
F’kummenti ma’ ONE News, il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Cachia kkonferma din l-istatistika, waqt li spjega kif l-assorbiment tal-fondi Ewropej żdied b’mod konsiderevoli mill-2013 l’hawn.
B’hekk mill-programm ta’ fondi Ewropej li ntemm fl-2015, l-MCAST ibbenefika minn total ta’ 59 miljun ewro fi proġetti li kabbru l-Kulleġġ waqt li għollew il-profil tiegħu.
B’sodisfazzjon, Stephen Cachia spjega l-qofol tal-investiment li sar fil-Kulleġġ Malti Għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija.
Dan kollu deher evidenti min-numru ta’ binjiet ġodda li qed jilqgħu eluf ta’ studenti kull sena.
Studenti li flimkien mat-tisħiħ fl-istipendju, qed igawdu mill-impenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjiżna.
https://www.youtube.com/watch?v=h2d1UasE7lw&feature=youtu.be