Tul dawn l-aħħar ġimgħat minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-istituzzjoni edukattiva tal-MCAST selfet 83 tagħmir elettroniku bħal kompjuters, laptops u tablets lil studenti sabiex ikunu jistgħu jidħlu għat-tagħlim online bħal sħabhom.
Dan qalitu l-MCAST fi stqarrija, fejn qalet li għamlet dawn id-donazzjonijiet saru permezz tal-fond Help Me Succeed biex tappoġġja lill-istudenti li ma kellhomx it-tagħmir meħtieġ biex itemmu l-istudji tagħhom b’suċċess.
Il-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv tal-MCAST, Prof Joachim James Calleja ddeskriva bħala sforz kollettiv mill-akkademiċi u l-istaff kollu sabiex l-ebda student ma jaqa’ lura.