L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) irreġistrat żieda ta’ 11% fl-ilmenti li rċeviet fl-aħħar 6 xhur tal-2017 meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal-istess sena. Matul dan il-perjodu, l-Awtorità rċeviet 113-il ilment mingħand abbonati ta’ servizzi tat-telefonija, tal-internet, tat-televiżjoni, u konsumaturi li jużaw isservizz postali. 99% ta’ dawn l-ilmenti ġew indirizzati f’inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Barraminnhekk, lAwtorità rċeviet ukoll 238 talba għall-informazzjoni mingħand konsumaturi.
Waħda mill-funzjonijiet tal-Awtorità hija li tagħti l-opportunità lill-konsumatur sabiex iressaq l-ilment tiegħu għandha, meta dan ma jkunx sodisfatt bir-rimedju mogħti lilu mill-operatur. It-tip ta’ azzjoni li tista’ tieħu lAwtorità tiddependi fuq in-natura tal-ilment u mis-setgħat legali li għandha l-Awtorità f’dan ir-rigward.
Jista’ jagħti l-każ li minkejja li l-ilment ikun jirrigwardja servizz regolat mill-Awtorità, l-MCA ma jkollhiex is-saħħa legali sabiex tintervjeni u allura jkollha tirreferi lill-konsumatur għand l-entità kompetenti sabiex tiġi indirizzata lkwistjoni. L-aktar ilmenti komuni li rċeviet l-Awtorità kienu jitrattaw il-kwalità tas-servizz/i, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rapporti dwar ħsarat fis-servizzi.
Dawk il-konsumaturi li ma jkunux sodisfatti bir-rimedju mogħti lilhom meta jressqu l-ilment tagħhom għand loperatur huma mħeġġa sabiex iressqu l-ilment tagħhom mal-Awtorità. Il-pubbliku jista’ jikkuntattja lill-MCA bit-telefon fuq 21336840 jew permezz ta’ email fuq customercare@mca.org.mt.