Intant b’rabta ma’ dan is-suġġett l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-MCA, qalet li qed teżamina rapporti li saru minn persuni li lmentaw dwar l-istess sitwazzjoni mill-kumpanija Epic.
Żvela dan is-sit Times of Malta fejn innota wkoll l-ispekulazzjonijiet, mingħajr bażi, li qed jaħgmel id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg u li ħareġ bihom l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Madanakollu ntqal li Epic stess qalet lill-ħaddiema tagħha permezz ta’ email li l-MCA kienet qed tinvestiga.
Fir-rapport tat-Times of Malta ħareġ li l-Epic spjegat li dawn l-allegazzjonijiet qed jimpattaw ir-reputazzjoni tal-istess kumpanija.
Fil-fatt il-kumpanija tat-telekomunikzzjoni fakkret lill-impjegati biex jitolbu u jivverifikaw il-karti tal-identità.
F’kumment li taw lil dan is-sit, Epic spjegat li kull min jirċievi posta indirizzata lil xi ħadd ieħor għandu jikkuntattjaha.