Il-kumpanija Schwarz Group, li għandha taħt il-kappa tagħha l-Lidl u li għandha uffiċċju wkoll miftuħ f’Malta, se tkun qed tagħti prodotti b’valur ta’ €10 miljun b’donazzjoni lill-Ukrajna.
Fi stqarrija ntqal li din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tal-aħbarijiet kurrenti li qed joħonqu s-siti tal-aħbarijiet b’rabta mal-kunflitt li ħakem lill-pajjiż.
Fost il-prodotti li se tkun qed tagħti, Schwarz Group se tagħti b’donazzjoni ikel, prodotti tal-iġene, u bosta oġġetti oħra.
Spjegaw kif bħalissa jinsabu f’kuntatt ma’ għadd ta’ għaqdiet lokali fejn id-donazzjoni se tkun qed issir permezz ta’ Lidl u Kaufland.
Din id-donazzjoni se tkun qed tgħin għadd ta’ refuġjati li jinsabu qrib il-fruntieri tal-Ukrajna.