Qed jiġi previst illi l-Iżvizzeri ivvotaw favur iż-żwieġ tal-istess sess f’referedum li sar illum, hekk kif qed jiġi rraportat li aktar minn 60% ivvotaw favur, u għalhekk permezz ta’ dan il-vot l-Iżvizzera se tkun konformi mal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej tal-Punent.
Grupp reliġjużi u partit politiċi konservattivi oppew din il-miżura u tennew li vot favur se jimmina l-familja tradizzjonali.
Koppji tal-istess sess kienu jistgħu jidħlu f’unjoni sa mill-2007, iżda kellhom xi drittijiet restritti. Permezz ta’ tibdil fil-liġi, koppji tal-istess sess jistgħu jaddottaw filwaqt li koppji lesbjani jistgħu ikollhom it-tfal permezz ta’ donazzjoni tal-isperma.