Matul il-jum tal-Ħadd, il-poplu Żvizzeru se jkun qed jivvota jekk jabbandunax il-ftehim li għandu l-pajjiż mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-Iżvizzeri mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Dawk li qed jikkampanjaw favur li jitneħħa dan il-ftehim qed jargumentaw li din il-mossa tippermett lill-Isvizzera biex tikkontrolla l-fruntieri tagħha, filwaqt li tkun hi li tagħżel liema immigranti jidħlu fil-pajjiż.
Iżda, l-oppożizzjoni qed tgħid li jekk jieqaf dan il-ftehim, ikun ifisser illi l-ekonomija b’saħħitha tal-pajjiż tidħol f’riċessjoni filwaqt li ċċaħħad mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini Żvizzeri milli jaħdmu jew jgħixu f’pajjiżi Ewropej.
Intant il-Ministru għall-Ġustizzja qalet li din tista’ toħloq sitwazzjoni agħar minn Brexit.