L-Isvizzera irtirat l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb membru fl-Unjoni Ewropea, gimgħa biss qabel ir-Renju Unit jivota fir-referendum dwar is-sħubija tagħhom.
Dan il-vot ittieħed mill-Gvern Svizzeru wara li l-Ministru għall-affarijiet barranin Didier Burkhalter qal li l-applikazzjoni ta’ sħubija tista tiġi meqjusa bħala irtirata.
Burkhalter spjega li l-mozzjoni mhux meħtieġa, dan għaliex l-Isvizzera ma għandha l-ebda skop li tissieħeb mal-Unjoni Ewropea u għandha tiġi ikunsidrata bħala stat indipendenti.
Membru Parlamentari indipendenti Thomas Minder qal li huwa ried li d-dibatitu jkun qasir u ma jwassal għal-ebda problemi hekk kif l-Isvizzera irtirat l-istess applikazzjoni wara 24 sena.
L-Isvizzera qatt ma kienet membru tal-Unjoni Ewropea iżda għandha qbil dwar is-suq ħieles u l-moviment liberu tal-persuni bħala membru taż-żona Schengen.
Sentejn ilu ċ-ċittadini Svizzeri ivutaw f’referendum sabiex jkun hemm kwota fuq l-imigrazzjoni, iżda Brussel irifjuta din it-talba.