L-Iżvizzera huwa l-aħħar pajjiż Ewropew tal-Punent li se jiddeċiedi jħallix persuni tal-istess sess jiżżewġu u jadottaw it-tfal.
F’referendum li se jsir għada, il-votanti se jgħidu tagħhom wara kampanja twila mimlija battuti bejn l-attivisti favur id-drittijiet ċivili u l-avversarji konservattivi.
Stħarriġ riċenti wera li l-votanti mistennija jivvotaw favur ir-riforma hekk kif tlieta u sittin fil-mija huma favuriha.