Ir-regolatur Żvizzeru tal-mediċina approva l-vaċċin tal-coronavirus żviluppat minn Pfizer/BioNTech. Dan tħabbar fil-jum tas-Sibt, u għalhekk l-Iżvizzera ngħaqad mar-Renju Unit – li kien l-ewwel pajjiż li approva dan il-vaċċin – biex il-poplu Żvizzeru jibda jingħata it-tilqima kontra l-cornavirus. L-istess vaċċin qed jingħata wkoll fl-Istati Uniti u l-Kanada fost oħrajn.
Intant, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-EMA, mistennija tiddeċiedi jekk l-istess vaċċin isirx disponibbli għall-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea għada t-Tnejn. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet illi malli l-vaċċin jiġi approvat, il-pajjiżi tal-UE jibdew jirċievuh qabel il-Milied, bit-tilqim jibda ftit jiem wara.