Il-Grupp tal-Universitarji Għawdxin laqa’ l-aħbar li l-Gvern se jinvesti ħames miljun ewro fi struttura marittima biex jibda jopera s-servizz tal-fast ferry.
Biex il-proċess jimxi bl-aktar mod trasparenti, il-Ministru għat-Trasport u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg, sejjaħ lill-operaturi interessati li jfornu s-servizz, li mistenni jibda mill-ewwel ta’ Ġunju li ġej jekk kollox ikun konformi mal-kriterji mitluba mill-Awtorità tat-Trasport.
Dan is-servizz li mistenni jieħu madwar tliet kwarti, se jopera bejn il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr.
Il-Grupp tal-Universitarji Għawdxin qal li qed iħares ’il quddiem għal dan is-servizz kruċjali għall-Għawdxin u jittama li fil-futur, ikun estiż biex jopera minn aktar portijiet.