Wara li ġiet identifikata żona preferuta fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ pajjiżna, se jissokta l-pjan għal proġetti massiċċi li jipproduċu l-enerġija mir-riħ u x-xemx fuq wiċċ il-baħar, li fl-2025 ukoll se jieħu spinta tajba.
Din il-viżjoni qed tiżviluppa b’mod tanġibbli, pass wara pass, flimkien mal-implimentazzjoni tat-tieni interconnector, investiment għall-ħażna tal-enerġija tal-massa f’livell industrijali fuq l-art, it-tnedija tal-politika nazzjonali li tixpruna proġetti ta’ enerġija rinnovabli u konsultazzjoni li tevalwa l-interess tas-suq.