L-Afganistan għadu qed jittama dwar possibilment soluzzjoni politika mat-Talibani. Sostniet dan l-Ambaxxatur Afgana għall-Istati Uniti.
F’intervista ma’ BBC, Adela Raz tenniet illi minkejja li għad ma hemm l-ebda ftehim, it-tama dwar il-paċi fil-pajjiż għadha ħajja. Raz tenniet li l-pajjiż mhux ħa jċedi li xi darba jkun hemm prosperità u stabbiltà fl-Afganistan.
Hija temmet tgħid li kwalunkwe ftehim politiku li jsir, għandu jiżgura drittijiet kostituzzjonali ugwali bejn il-ġeneri u l-minoranzi kif ukoll demokrazija rappreżentattiva.
Intant, il-Ministru għad-Difiża Ingliż Ben Wallace qal li l-pajjiż kien sejjer lejn gwerra ċivili hekk kif it-Talibani pprogressaw. Huwa ta’ dawn il-kummenti dalgħodu hekk kif ħarġet l-aħbar li t-Talibani ħatfu belt Afgana importanti.
Wallace esprima t-tħassib tiegħu, li jekk dan l-avvanz jibqa’ għaddej l-Afganistan jara żieda fil-faqar u terroriżmu.
Huwa tkellem ukoll dwar il-ftehim li kien għamel l-eks President Amerikan Donald Trump mat-Talibani, li seta’ mmina l-Gvern Afgan fil-ġlieda tiegħu għall-paċi u stabbiltà.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/13/it-talibani-brebha-importanti-fl-afganistan/