L-Iżvezja saret uffiċjalment membru tan-NATO.
Dan tħabbar mill-Gvern Amerikan, fil-jum li l-Prim Ministru Żvediz Ulf Kristersson waqt żjara uffiċjali fil-kapitali Amerikana, Washington.
Matul l-istorja, l-Iżvezja kienet dejjem newtrali, anki waqt iż-żewġ gwerer dinjija.
Dan il-pajjiż applika biex isir parti min-NATO, wara li bdiet l-invazjoni Russa fl-Ukrajna fi Frar tal-2022.
L-Iżvezja saret uffiċjalment membru tan-NATO, waqt ċerimonja fl-Istati Uniti bejn il-Prim Ministru Żvediz Ulf Kristersson u s-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken.