Fil-mira tal-attakki tal-Iżrael kien hemm mira lejn għadd ta’ siti li jappartjenu lill-grupp militant, Hamas, bħala ritaljazzjoni għall-attakki li saru.
Il-militar Iżraeljan qal li kmieni s-Sibt filgħodu, intlaqat sit ta’ manifattura ta’ armi u maħżen tal-munizzjon.
Tliet rokits kienu sparati minn Gaża lejn l-Iżrael, b’wieħed laqat il-belt tan-Nofsinhar ta’ Sderot. It-tensjoni bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani żdiedet minħabba li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, irrikonoxxa Ġerusalemm bħala l-belt kapitali tal-L-Iżrael. Id-deċiżjoni tal-Erbgħa qalbet deċennji sħaħ ta’ newtralità tal-Istati Uniti dwar il-kwistjoni.