L-Iżrael qed takkuża lill-Iran li kien il-moħħ wara l-attakk fuq it-tanker taż-żejt, li bih kienu nqatlu żewġ membri tal-ekwipaġġ – wieħed Ingliż u l-ieħor Rumen.
Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda meta l-bastiment kien ‘il barra mill-kosta ta’ Oman.
Il-kumpanija, li hija ta’ negozjant Iżraeljan, qalet li kienet qed tipprova tisabilixxi x’seta’ wassal għal dan l-inċident. Bil-Ministru għall-Afarijiet Barranin tal-Iżrael iwaħħal f’terroriżmu mill-Iranjani.
Sal-ġurnata tal-lum l-awtoritajiet Iranjani għadhom ma ħarġu l-ebda stqarrija għal dawn l-akkużi
Intant, kelliem għall-Gvern Ingliż qal li għadhu qed jara x’inhuma eżatt il-fatti.