L-Iżrael se jkun qed jagħti 5,000 doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 biex jitlaqqmu l-ħaddiema tas-saħħa Palestinjani.
Esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda qalu li l-Iżrael huwa responsabbli biex jitlaqqmu l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent u f’Gaża.
L-Iżrael diġà laqqam kważi 20% tal-poplazzjoni bit-tieni doża. Hu l-aktar pajjiż li laqqam nies kontra l-COVID-19 fid-dinja.
Dan seta’ jsir permezz ta’ ftehim bejn l-Iżrael u l-fornatur tal-vaċċin Pfizer, liema ftehim jindika li l-Iżrael jagħti data medika importanti dwar il-vaċċin filwaqt li Pfizer tissupplixxi lil Iżrael bil-vaċċin mingħajr dewmien.