Ġimgħatejn wara r-rebħa ta’ Netta fil-Eurovision Song Contest, jeżistu dubji jekk l-Iżrael hux se jospita l-Eurovision li ġej.
Dan minħabba bojkott li jista’ jkun possibli kemm il-darba l-Eurovision isir f’Ġerusalemm.
Diversi pajjiżi esprimew it-tħassib tagħhom jekk il-Eurovision isir fil-Belt Imqaddsa minħabba kwistjoni li teżisti bejn l-Iżrael u l-Palestinjani fuq Ġerusalemm.
Din il-kwistjoni kompliet tqum bil-ftuħ tal-Ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm.
Diversi rapporti qed jgħidu li l-EBU (il-European Broadcasting Union), responsabbli mill-organizazzjoni tal-Eurovision diġa bagħtet messaġġ lill-istazzjon tal-Iżrael fejn sostniet li kemm il-darba jqumu l-problemi, il-festival isir f’Ċipru jew l-Awstrija.
Dawn iż-żewġ pajjiżi ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Ix-xewqa ta’ bosta hija li biex jiġu evitati aktar kontroversji, il-Eurovision tas-sena d-dieħla jsir f’Tel Aviv.
Fl-istorja tal-Eurovision, l-Iżrael diġa kien rebaħ il-festival u sussegwentament ma kienx il-pajjiż ospitu.