L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li l-eks Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, se jirbaħ l-elezzjoni fl-Iżrael u għalhekk jirritorna fit-tmexxija tal-pajjiż, wara li fl-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet kien tilef il-maġġoranza.
Minkejja li xejn għadu mhu uffiċjali, u r-riżultat jista’ jinbidel, it-tbassir qed juri li Netanyahu qed jirbaħ b’maġġoranza żgħira fuq l-opponent tiegħu, il-Prim Ministru Attwali Yair Lapid.
Fil-fatt, l-exit polls qed juru li Netenyahu kiseb 62 minn 120 siġġu parlamentari. Ir-riżultat uffiċjali mistenni joħroġ aktar tard mal-jum.
L-elezzjoni tal-bieraħ kienet il-ħames waħda f’perjodu ta’ erba’ snin, u fil-fatt saret f’inqas minn sena u tmien xhur mill-aħħar waħda.
Ritratt: Oded Balilty/Associated Press