L-Iżrael qed jippjana sabiex ikun l-ewwel pajjiż fid-dinja li jibda jlaqqam liċ-ċittadini tiegħu bir-raba’ doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif l-awtoritajiet qed jippreparaw biex jilqgħu għall-mewġa ta’ infezzjonijiet u li mistennja tkun dominanti mill-varjant Omicron.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif l-esperti mediċi Iżraeljani qed jippropnu li r-raba’ doża tingħata lil dawk li għandhom aktar minn 60 sena u lill-ħaddiema kollha tas-saħħa.
Il-Prim Ministru Naftali Bennett qabel ma’ dawn il-pjanijiet u ta ordni lill-uffiċjali sabiex jibdew jaħsbu għar-raba’ doża.