Il-Ministru għad-Difiża tal-Iżrael ordna ‘assedju’ fuq Gaza.
Il-gwerra bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani daħlet fit-tielet jum tagħha, b’mijiet ta’ nies qed jinqatlu bl-adoċċ fit-toroq u d-djar.
L-attakki bir-rokits bejn iż-żewġ pajjiżi ma waqfu, b’bosta splużjonijiet anke nstemgħu minn Ġerusalem.
L-Iżraeljani qatgħu wkoll l-ikel, il-fjuwil, l-elettriku u l-ilma lejn Gaza – ħaġa li minnha se jbatu intorturament in-nies li jgħixu f’dawn l-inħawi.
L-Iżrael qalet ukoll kif irnexxielha terġa’ tieħu f’idejha it-terittorji maħtufin, iżda xorta baqa’ żoni li baqa’ l-militar Palestinjan.
Sa issa aktar minn 700 persuna nqatlu fl-Iżrael, b’260 minnhom, inkluż żgħażagħ inqatlu waqt party.
Oħrajn għadhom ukoll maħtufa u miżmuma f’Gaza.
Min-naħa l-oħra aktar minn 500 persuna nqatlu f’Gaza wara li l-Iżraeljani wettqu attakk ta’ ritaljazzjoni mill-ajru.