L-Iżlanda jidher li se tkun qed titniżżel fl-istorja għall-fatt li se ssir l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li se teleġġi maġġoranza femminili fil-Parlament.
Skont l-ewwel indikazzjonijiet, jidher li 33 minn 63 siġġu, jiġifieri 52%, huma ta’ membri parlamentari femminili.
Dan ir-riżultat ifisser żieda ta’ disa’ siġġijiet mill-aħħar elezzjoni tal-2017.
S’issa l-ebda pajjiż Ewropew ieħor ma qabeż il-limitu ta’ 50% ta’ rappreżentanza femminili fil-parlament.
Kienet biss l-Iżvezja li resqet fil-qrib b’47%.