Membru mill-grupp Iżlandiż Daði og Gagnamagnið, li qed jipparteċipa fil-Eurovision, ħareġ pożittiv għall-Covid-19.
L-aħbar ġiet ikkonfermata fuq twitter, mill-grupp stess.
B’hekk il-grupp Iżlandiż mhux se jkun jista’ jieħu sehem fil-provi tal-lum u għada, kif ukoll waqt it-tieni semifinali ta’ għada filgħaxija.
Minflok se tidher verżjoni rrekordjata ta’ preżentazzjoni tal-kanzunetta.
Il-Ħadd li għadda membru fid-delegazzjoni irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u riżultat t’hekk id-delegazzjoni Maltija, inkluż Destiny ma setgħetx tattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Eurovision.
Dan għaliex id-delegazzjoni Maltija qed tgħix fl-istess lukanda ta’ fejn qed toqgħod id-delegazzjoni tal-Iżlanda.
Id-delegazzjoni Maltija għamlet test għall-Covid-19 u kulħadd irriżulta fin-negattiv.