Il-Malta International Contemporary Art Space, il-MICAS, ħoloq kompetizzjoni ta’ tpinġija fil-maskri biex tħeġġeġ lit-tfal ta’ kwalunkwe età jkattru l-imħabba lejn l-arti kontemporanja.
Id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-MICAS Etienne Bonello spjega li kien hemm tliet kategoriji:
X’Tixtieq, Il-Veduta minn kamarti u d-Dinja madwari.
Bonello spjega, “Intgħażlu tliet maskri, tliet disinji rebbieħa minn kull kategorija u t-tfal li għamlu dawn id-disinji ngħataw tifkira żgħira, set maskri mill-kategorija tagħhom kif ukoll voucher minn ħanut tal-arti ħalli jkomplu jiżviluppaw l-arti tagħhom.”
Gabriel Azzopardi, wieħed mir-rebbieħa, kellimna dwar x’ispirah għat-tpinġija tiegħu.
Gabriel qal, “It-tema tad-disinn kienet “A view outside my bedroom window” u iddeċidejt li nħares barra mit-tieqa tal-kamra u kien hemm ħafna djar interessanti u siġar b’forom sbieħ u allura ddeċidejt li npinġi lilhom imma b’mod differenti.”
Tkellimna wkoll ma’ Elena Baldacchino, li qasmet magħna lista twila ta’ affarjiet li tixtieq tagħmel wara l-pandemija.
Elena stqarret,“Wara li jispiċċa l-Covid kont ktibt hawnhekk fuq il-maskra kont ktibt xi xtaqt nagħmel u ktibt ‘kiss’, ‘hug’, ‘hold hands’, ‘be together’, ‘outings’ u ‘playingfield’.”
Jack huwa l-izgħar rebbieħ, u wkolll kien ispirat mill-pandemija.
Jack temm jgħidilna,”Hi I’m Jack Ferris, I wish the world would heal from Coronavirus.”