Kien proprju lbieraħ filgħaxija meta kull pjattaforma tal-midja soċjali splodiet hekk kif il-midja rrapportat li Kylie Jenner ta’ 20 sena, l-iżgħar fost l-aħwa Kardashians, se jkollha tarbija mal-għarus tagħha Travis Scott.
Għalkemm din l-aħbar għadha ma ġietx ikkonfermata minn Kylie nnifisha, bosta segwaċi qed iħufu fuq il-profili tagħha biex isibu xi ħjiel li setgħet ħalliet tul dawn il-jiem. Midja barranija qed tirrapporta li Kylie għandha madwar 4 xhur tqala u li ħabbret din l-aħbar mal-ħbieb tagħha biss.
Hi ilha f’relazzjoni ma’ Travis għal ħames xhur wara li rranġat miegħu lura f’April ta’ din is-sena – dan wara li ħassret mal-għarus li kellha Tyga.
S’issa xejn m’hu kkonfermat iżda xi ħaġa li nnotaw is-segwaċi tagħha hi li dan l-aħħar bdiet tilbes ħwejjeg mhux issikkati, bdiet toħroġ inqas u messaġġ li ħalla Travis fuq Twitter kien jgħid “Dan hu l-isbaħ jum f’ħajti.” Messaġġ li dak iż-żmien ma kienx jagħmel sens, iżda li llum il-ġurnata wara li ħarġet din l-aħbar, in-nies qed jgħidu li x’aktarx hu l-jim li sar jaf li se jkun missier.