Ħaddiema tat-tifi tan-nar fil-gżira Spanjola La Palma kellhom jirtiraw minħabba li intensifikaw splużjonijiet vulkaniċi.
Il-vulkan beda jiżbroffa l-Ħadd li għadda u ġew evakwati eluf ta’ persuni hekk kif inqerdu tliet mija u ħamsin dar.
Duħħan qawwi kesa l-arja tal-madwar sa erba’ kilometri u saħansitra fixkel numru ta’ titjiriet.
S’issa, ma ġew irrapportati l-ebda fatalitajiet.