In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom wara li żbroffa l-vulkan f’White Island, fi New Zealand, tela’ għal sittax.
Dan wara li mietet vittma oħra li kienet laħqet ittieħdet l-Awstralja għal kura. Huwa mifhum li minn tal-inqas dsatax –il persuna oħra għadhom qed jingħataw il-kura l-isptar wara l-eruzzjoni tat-Tnejn li għadda. Qed jiġi rraportat ukoll li għad hemm żewġ persuni oħra li għadhom mitlufa fuq l-gżira.
Fuq il-gżira kien hemm biss madwar 47 persuna meta żbroffa l-vulkan. Il-maġġoranza tagħhom kienu turisti.