Spanjola ta’ 113-il sena, li hija l-ixjeħ mara fi Spanja, fieqet mill-Coronavirus.
Maria Branyas ġiet infettata b’dan il-virus ftit jiem biss wara li Spanja marret għall-lockdown f’Marzu li għadda.
Branyas għexet il-pandemija tal-influwenza tal-1918, il-Gwerra Ċivili Spanjola tal-1936 u issa l-pandemija tal-COVID-19.