Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta għamlet l-itwal titjira li qatt għamlet mingħajr waqfien.
Dan hekk kif għamlet titjira ta’ seba’ sigħat lejn Kigali f’Rwanda.
Dan hekk kif il-Gvern Malti ta’ aktar minn mija ħamsa u tletin elf u sitt mitt doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca lejn dan il-pajjiż Afrikan.
Din it-titjira telqet fis-sagħtejn tal-Ġimgħa filgħodu u waslet Rwanda għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu.
Qabel din l-itwal titjira li għamlet il-linja nazzjonali tal-ajru, dan l-istazzjon tkellem maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi.
Curmi qalilna kif għal titjira twila bħal din, kien hemm diversi tħejjijiet.
Qal, “Allura la mhux normalment immorru jrid ikun hemm ħafna tħejjijiet għaliha, minn aspett ta’ flight operations, jiġifieri tim tagħna ta’ flight operations ikun għamel it-tħejjijiet tal-flight plan tagħna, minn fejn se jgħaddi l-ajruplan, l-eqreb ajruport li jkollu bżonn jinżel, jekk ikun hemm il-ħtieġa li jinżel. Jiġifieri jirrikkjedu ħafna preparamenti.”
Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta qal magħna kif it-titjira saret bl-aktar ajruplan ġdid tal-flotta tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Airbus A320neo.
Spjega, “Apparti li ntiru distanzi itwal, fil-fatt sa ntiru kważi 2,500 mil nawtiku. L-ajruplan hu aktar effiċjenti, mela t-titjira lilna tiswa’ inqas, jaħli inqas fjuwil. Bejn wieħed u ieħor jiffranka madwar 20% inqas fjuwil.”