Ix-shutdown parzjali tal-Gvern tal-Istati Uniti sar l-itwal wieħed li qatt sar. Illum se jkun qed jidħol fit-22 jum tiegħu, biex b’hekk jikser ir-rekord tas-shutdown li kien sar bejn l-1995 u l-1996 taħt il-president Bill Clinton hekk kif dak kien ta’ 21 jum.
Il-president Donald Trump qed jirrifjuta li japprova l-baġit sakemm dan ma jkunx jinkludi fondi għall-ħajt fil-fruntiera Messikana.
Kważi kwart tal-gvern federali għadu mhux qed jopera, bi 800,000 ħaddiem qed jitħallew bla paga.