Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May irċeviet ittra mingħand il-Kap tal-Gvern awtonomu Skoċċiż Nicola Sturgeon, li fiha hemm it-talba għat-tieni referendum għall-indipendenza.
Wara li l-Parlament Skoċċiż ivvota favur referendum mill-ġdid, Sturgeon għamlet it-talba formali biex jibdew id-diskussjonijiet biex ikun iffaċilitat il-vot.
Il-manifest tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż wiegħed li jfittex vot ieħor jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi mir-referendum Skoċċiż tal-2014.
Sturgeon qalet li filwaqt li kien hemm bidla fiċ-ċirkostanzi, il-poplu Skoċċiż għandu jkollu d-dritt li jagħżel il-futur tiegħu. Fl-ittra rrimarkat li l-amministrazzjonijiet Skoċċiżi kienu injorati u l-attentati ta’ kompress kienu rifjutati mingħajr konsultazzjoni.
Saħqet li ma hemm l-ebda raġuni razzjonali biex May tostakola r-rieda tal-Parlament Skoċċiż, u tispera li ma tagħmilx hekk.