L-Istitut tal-Istudji Turistiċi nieda l-prospett tiegħu għall-korsijiet full-time għas-sena akkademika 2018/2019. Ir-responsabbilta prinċipali tal-istitut hija li tipprovdi lit-turiżmu u l-ospitalita b’nies professjonali kapaċi jiggarantixxu eċċellenza fil-livell tal-prodotti u servizzi provduti.
Il-prospett jinkludi għażla vasta ta’ korsijiet, li jvarjaw minn livell ta’ Foundation sa dak ta’ Degree, u li jassigura li l-istudenti jkollhom l-opportunita li jagħżlu l-aħjar speċjalizzazzjoni skont il-kapaċitajiet u l-interessi tagħhom.
Il-korsijiet jinkludu Travel, Rooms Division, Food and Beverage Service, Food Preparation, Events and Leisure, Tour Guiding, Culinary Arts, Gastronomy u International Hospitality Management.
Fi stqarrija, l-ITS qal li grazzi għal diversi ftehimiet li saru ma’ universitajiet u istituzzjonijiet internazzjonali tal-ogħla livell, l-istudenti se jkollhom hux biss l-opportunita li jigradwaw minn istituzzjoni ta’ reputazzjoni tajba, imma jkollhom iċ-ċans ukoll li jistudjaw għal perjodu f’dawn l-istituzzjonijiet fl-Ewropa.
Dan sabiex huma jiksbu esperjenza ikbar u anke jipprattikaw il-ħiliet tagħhom fuq livell internazzjonali.
Ir-reġistrazzjonijiet se jkunu miftuħa bejn it-Tnejn 23 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 10 ta’ Awissu. Wieħed jista jara l-prospett tal-ITS u japplika minn fuq is-sit http://www.its.edu.mt