Fi stqarrija, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ċċara s-sitwazzjoni dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin mal-Unjin tal-Għalliema, l-MUT dwar il-ftehim kollettiv tal-akkademiċi.
Intqal li matul ix-xhur li għaddew, l-ITS u t-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali nvolvew ruħhom fi djalogu kostruttiv mal-MUT, li rriżulta fi progress sinifikanti.
Il-partijiet laħqu ftehim dwar it-test u t-termini finanzjarji. B’konsegwenza ta’ dan l-MUT neħħiet id-direttivi kollha li kienu jolqtu l-ITS, f’Settembru.
Intqal li l-istitut jibqa’ impenjat li jidħol f’diskussjonijiet kostruttivi biex tagħlaq dan il-ftehim, għal ġid tal-edukaturi u l-istudenti.