L-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu għal sena akkademika ġdida li rat żieda ta’ 29% fir-reġistrazzjoijiet mill-2020. Dan wara li anke kien hemm żieda fl-ammont ta’ studenti li applikaw mal-Istitut grazzi għad-diversi boroż ta’ studju mill-MTA.
Fl-istess ħin, l-ITS din is-sena se jilqa’ numru sostanzjali ta’ studenti barranin li ġejjin min 43 pajjiż differenti. Dan anqas milli normalment japplikaw, iżda jidher li kien mistenni anke minħabba restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar minħabba l-pandemija. Uħud minn dawn se jsegwu l-korsijiet tagħhom virtwalment.
Fi stqarrija l-Istitut qal li filwaqt li l-pandemija ħalliet impatt negattiv fuq l-Ospitalità u t-Turiżmu, iżda laqa’ l-fatt li l-Gvern se jibqa’ għaddej bis-sostenn tiegħu tal-industrija.