Wara li eluf ta’ studenti rċievew ir-riżultati tagħhom tal-O’Levels, l-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, fetaħ l-applikazzjonijiet għas-sena skolastika li jmiss. B’dawn l-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħa sat-12 t’Awwissu li ġej.
Dan l-istitut edukattiv joffri korsijiet li bdew minn Livell 2 sa Livell 7, b’dan tal-aħħar hu ekwivalenti għal Master’s.
Fi stqarrija mill-Kulleġġ intqal li student għandu firxa wiesgħa ta’ korsijiet x’jagħżel kemm fl-ospitalità u anki s-settur turistiku.
Intqal li dan il-kulleġġ joffri tagħlim anki permezz tal-prattika, kemm f’kċejjen professjonali u anki ristoranti sabiex l-istudenti jitgħallmu fihom.
Għal aktar informazzjoni u biex wieħed japplika għall-kors fi ħdan dan l-istitut, wieħed jista’ jżur is-sit its.edu.mt.