L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) nieda l-prospett il-ġdid għas-sena akkademika 2024-2025.
Dan jinkludi għażla varjata ta’ programmi ta’ studju f’livelli differenti, fosthom dawk tal-Arti Kulinari, Diviżjoni tal-Kmamar, Ġestjoni tal-Avvenimenti, Ivvjaġġar Favur il-Klima, Ġestjoni Internazzjonali tal-Ospitalità, Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Għadis, Guiding Turistiku, Ivvjaġġar u Turiżmu, Interpretazzjoni tal-Wirt, MBA, u Servizzi ta’ Ikel u Xorb.
Il-programmi huma mfasslin biex jissodisfaw il-ħtiġijiet varji tal-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità li dejjem qed tikber u li dejjem tinbidel.
L-ITS hu impenjat li jwassal edukazzjoni ta’ kwalità billi joffri firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ studju, mifruxa mil-Livell tal-Fondazzjoni (Livell 2 tal-MQF) sal-Masters (Livell 7 tal-MQF).
Din is-sena l-ITS stieden diversi uffiċjali tal-career guidance biex jattendu avveniment li f’waqtu ngħataw spjegazzjoni dettaljata u aktar informazzjoni relatata mal-prospett u l-programmi ta’ studju offruti fl-ITS. Għall-istess avveniment kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo.
L-applikazzjonijiet jiftħu fis-17 ta’ Ġunju u jagħlqu fit-12 ta’ Awwissu li ġejjin.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi ta’ studju, li joffri l-istitut, u l-proċess ta’ applikazzjoni wieħed għandu jżur is-sit elettroniku www.its.edu.mt.