L-Istitut għall-Istudji Turistiċi nieda l-Prospectus għas-sena edukattiva li jmiss.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut Turistiku, Pierre Fenech, spjega li l-ITS qed jagħti l-possibbilità lill-istudenti li japplikaw għall-kors li jixtiequ minkejja li jaf ikunu għadhom ma’ rċivewx il-marki tal-eżamijiet tas-SEC.
Iċ-Chairman tal-ITS Carlo Micallef semmielna wħud mill-kosijiet li dawk interessati jistgħu jsibu fil-prospectus il-ġdid.
Huwa qal, “Huma sinonimi mad-diversi attivitajiet fl-industrija tat-turiżmu għandek il-korsijiet tal-gwidi, għandek il-korsijet ta’ dawk li jridu jaħdmu fil-kċina, fil-‘front office’, events management, diving management, diving centre management, huma diversi. Aħna qegħdin naħdmu id f’id mal-industrija tat-turiżmu f’Malta taħt id-direzzjoni tal-Ministru tat-Turiżmu sabiex dejjem nippreparaw lill-istudenti tagħna.”
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, li wkoll kien preżenti għal din it-tnedija qal li l-prodott turistiku f’pajjiżna jista’ jkompli jitjieb jekk l-istudenti tal-ITS jirċievu edukazzjoni xierqa.
Huwa sostna: “Fejn irrid nara illi iktar studenti jersqu lejn l-ITS sabiex b’hekk huma jkomplu l-istudji tagħhom f’din l-istituzzjoni edukattiva li qiegħda tagħtina tant sodisfazzjon fejn jidħlu l-ħaddiema futuri anke fis-settur tal-ospitalità.”